Duration 1:18

TERĠA’ TOĦROĠ L-ISKEMA GĦAL XOGĦOL F’GĦAWDEX GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

236 watched
0
0
Published 2 Jul 2021

ONE.COM.MT • Studenti ta’ bejn is-sittax u l-għoxrin sena li jixtiequ mpjieg tul is-sajf jistgħu jeġgħu japplikaw għal skema apposta li nieda l-Gvern. Din se tolqot ukoll negozji privati kif ukoll għaqdiet volontarji li lesti jagħtu opportunità ta’ xogħol lil dawn l-istudenti fil-gżira tat-tliet għoljiet. KITBA: KELLY PEPLOW FILMAT: CVC Għal sena oħra l-Gvern nieda l-Work Trial Scheme for Youths għaż-żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena li jixtiequ mpjieg għal dan is-sajf. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li l-iskema se tolqot studenti tal-iskejjel sekondarji, tal-MCAST, tal-ITS, tal-Junior College jew tal-Università li jixtiequ jaħdmu mal-privat jew ma’ għaqda volontarja. Hu spjega li l-imgħallma li jridu jkunu parti mill-iskema, jridu jkunu reġistrati ma’ Jobsplus u jassigura li x-xogħol li se jingħata lill-applikant ikun ibbażat f’Għawdex. Il-Ministru Camilleri żied jispjega li filwaqt li l-Gvern dejjem emmen fiż-żgħażagħ, u tahom għodda biex jitrawmu fid-dinja tax-xogħol, din l-iskema partikolari se tkun ta’ spalla wkoll għal bosta negozji Għawdxin. CLINT CAMILLERI MINISTRU “Minn nhar it-Tnejn se tiftaħ l-iskema, u nistieden liż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza biex japplikaw u tul dan is-sajf jieħdu esperjenza ta’ xogħol f’Għawdex.”   L-applikazzjonijiet se jagħlqu fid-9 ta’ Lulju f’nofshinar, u l-applikazzjoni tista’ titniżżel minn fuq dan is-sit: https://mgoz.gov.mt/en/Pages/eForms/Work-Trial-Scheme-for-YOUTHS-2021.aspx .

Category

Show more

Comments - 0